Saturday, December 21, 2024

Bħal-lum seba’ snin inqatlet Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll

Kien eżatt bħallum seba’ snin ilu, għall-ħabta tat-3.00 p.m., meta ġriet l-aħbar li
fil-Bidnija kienet inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dakinhar, hija kienet għadha kemm ħarġet middar biex tmur xi qadi fejn hekk kif imxiet ftit metri ‘ bogħod splodiet il-karozza li kienet fiha.

B’mod immedjat kienet infetħet investigazzjoni, fejn fost l-oħrajn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li kien se jissolva l-każ tant li kienu tqabbdu
anke esperti barranin.

Dwar dan il-każ kienu tressqu diversi persuni fil-Qorti, bi tnejn mill-allegati eżekuturi jammettu l-akkużi u jiġu kkundannati 40 sena ħabs kull wieħed u ieħor
jintbagħat 15-il sena ħabs.

Fix-xhur li ġejjin mistenni li jibda ġuri ieħor tal-allegat mandat fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ekonomija

Sport