Saturday, November 23, 2024

Bħalissa għaddejja l-ġirja ta’ 100km minn Miguel Mifsud b’risq il-Caritas Malta…

Aqra wkoll

Miguel Mifsud bħalissa qiegħed jagħmel ġirja ta’ 100km madwar il-kosta ta’ Malta biex jinġabru fondi b’risq Caritas Malta. Din l-attività qiegħda ssir ukoll bil-għan li tinħoloq kuxjenza favur ħajja sana ’l bogħod mid-droga. F’din il-ġirja ngħaqdu għadd ta’ persuni oħra bl-iskop li huma wkoll jipparteċipaw f’din l-inizjattiva li tisħaq fuq il-kunċett li “l-karità tibda mid-dar”. Dan għax Miguel qiegħed jagħti xi ħaġa lura lil dik lil xi darba kienet id-dar tiegħu – il-Caritas.

Tul din il-ġirja Miguel qiegħed jagħmel diversi waqfiet qosra. Huwa beda l-ġirja fl-4.00 ta’ filgħodu minn ħdejn il-kappella ta’ Santa Marija Magdalena f’Ħad Dingli u għamel l-ewwel waqfa fis-6.15 a.m. ħdejn l-Akwarju Nazzjonali ta’ San Pawl il-Baħar. Imbagħad, fit-8.00 ta’ filgħodu, kellu t-tieni waqfa, din id-darba ħdejn il-Black Pearl ta’ Ta’ Xbiex.

Miguel kompla bil-ġirja tiegħu sakemm siegħa u kwart wara qabeż nofs it-tragward meta wasal u waqaf ħdejn il-Ponta tal-Isla. Minn hawnhekk huwa baqa’ jiġri sas-1.00 ta’ wara nosinhar fejn għamel waqfa qasira ħdejn il-Wasteserve ta’ Ħal Far.

Miguel Mifsud bħalissa qiegħed ikompli l-aħħar 20 kilometru biex itemm il-ġirja tiegħu fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas. Hawn se jkun milqugħ minn qraba, staff, residenti u volontiera ta’ Caritas Malta.

Sport