Tuesday, April 14, 2026

Bidu perfett għat-timijiet Maltin tal-Blackball

Aqra wkoll

Bidu perfett għat-timijiet Maltin fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li qed tintlagħab f’Ġibilta’. Fl-ewwel ġurnata t-timijiet tal-irġiel kollha rebħu l-konfronti tagħhom sabiex bdew jieħdu l-ewwel punti tagħhom fil-klassifika.

It-tim A tal-irġiel kellu rebħa ta’ 19-6 kontra Katalonja u oħra xejn faċli ta’ 13-12 kontra Spanja A. Mill-banda l-oħra, it-tim B għeleb lil Mauritius B 16-9, lil Ġibilta’ B1 u B2 14-11 u 20-5 rispettivament.

Hekk kif it-tim ta’ taħt it-23 sena għeleb lil Wales B1 19-6 dlonk waslu aktar riżultati pożittivi mis-seniors wara rebħiet identiċi ta’ 19-6 kontra l-Afrika t’Isfel A u Belġju A.

Fil-kompetizzjoni individwali kien hemm aktar rebħiet għajr logħba waħda fejn ġiet irreġistrata l-ewwel telfa tal-ġurnata.

Cameron Armstrong – Nick Muscat 3-5

Ritchie Gubb – Matthias Debono 1-5

Steve Muscat – Blair Dunn 5-1

Wayne Pace – Jacob Ap Meical 5-0

Aidan Reeder – Gary Carr 0-5

Chris Cork – Johan Attard 2-5

Glenn Axiaq – Mutty Suraj 5-0

Liam Mifsud – James Patterson 5-3

Luke Said – Paddy McDowell 5-0

Miguel Amato – Liam Golt 5-0

Paul Marrubi – Philip Gatt 5-1

Sadanittant illum tintlagħab it-tieni ġurnata b’dan il-programm:

Hawn taħt hawn il-logħob kollu li jinvolvi t-timijiet Maltin matul il-ġurnata:

11:00

  • Malta Seniors A vs Scotland Seniors A

14:00

  • N Ireland Mens B vs Malta Mens B
  • Malta Mens A vs Scotland Mens A

17:00

  • Ireland Mens A vs Malta Mens A
  • Malta U23 A vs Wales U23 A
  • Malta Mens B vs Mexico Mens B

20:00

  • Wales Mens B2 vs Malta Mens B

22:00

  • Catalonia Seniors A vs Malta Seniors A

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport