Thursday, June 11, 2026

Birkirkara FC mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Aleandro Garzia b’mod permanenti

Aqra wkoll

Birkirkara FC mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Aleandro Garzia b’mod permanenti wara li qablu fuq somma li qed tiġi meqjusa bħala waħda sostanzjali ma’ Floriana nhar it-Tlieta.

L-Istripes qed ifittxu li jerġgħu lura għar-rebħ tal-unuri, wara staġun 2025-26 diżappuntanti, fejn it-tim ma rnexxilux jissielet għar-rebħ ta’ xi unur domestiku ewlieni, filwaqt li lagħab fil-Closing Round tal-Kampjonat, lagħab fil-Bottom 6.

Il-klabb ħa direzzjoni ġdida fit-tmun wara li Chris Cardona ħa post Michael Valenzia bħala president tal-klabb, u l-amministrazzjoni l-ġdida tal-klabb qed tagħmel dak kollu li tista’ biex issaħħaħ l-iskwadra tagħhom sabiex ikunu jistgħu jirritornaw fost l-isfidanti għall-unuri matul l-istaġun li ġej.

Huwa mifhum li l-kowċ Paul Zammit għamel lista ta’ miri ta’ akkwisti mat-tmexxija ta’ Birkirkara, u jidher li Garzia kien wieħed mill-ismijiet fil-quċċata tal-lista.

Il-wing-back ġej minn tieni parti i tal-istaġun 2025-26 mill-aqwa, li matulha ngħaqad ma’ Birkirkara b’self mingħand Floriana u kellu wirjiet mill-aqwa mal-klabb.

Il-konsistenza ta’ Garzia ratu jiskeb post fit-tim nazzjonali mmexxi minn Emilio De Leo, fejn lagħab fil-logħbiet ta’ ħbiberija ta’ tmiem l-istaġun kontra s-Slovakkja (1-2) kif ukoll fir-rebħa ta’ 2-0 kontra l-Ażerbajġan.

Birkirkara fetħu taħditiet ma’ Floriana biex jagħmlu t-trasefriment ta’ Garzia wieħed permanenti iżda kellhom jinnegozjaw sew maċ-champions ta’ Malta, li talbu somma sostanzjali għall-plejer.

Madankollu, intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat għal dan it-trasferiment nhar it-Tlieta filgħaxija.

Issa, Garzia mistenni jiddiskuti termini personali ma’ Birkirkara, iżda huwa mistetni li kollox se jkun qed jimmaterjalizza ruħu, u l-plejer mistenni jissiġilla l-pass tiegħu ma’ Birkirakara proprju llum l-Erbgħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport