Thursday, June 11, 2026

Beach Soccer:Telfiet għal Ħamrun SC u Sliema BS f’Nazaré

Aqra wkoll

Ħamrun SC u Sliema BS tilfu l-logħbiet rispettivi tagħhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-Beach Soccer li qed jintlagħbu f’Nazaré, il-Portugall.

Iċ-champions Sliema Beach Soccer sofrew telfa ta’ 7-3 kontra Bavaria Beach Bazis fil-Euro Winners Cup. Il-gowls Slimiżi ġew skurjati minn Matthew Schembri, Jake Agius u awtogowl ta’ Leeman, filwaqt li Knöpfli skorjaw darbtejn għall-avversarji Ġermaniżi fost gowls oħra li aċċertaw ir-rebħa tagħhom.

Illum Sliema jilagħbu kontra BSC Hobby tal-Finlandja fl-10.15am

Ħamrun SC tilfu kontra Naxos BS bl-iskor ta’ 3-2 f’logħba missielta sal-aħħar mill-Euro Winners Challenge. It-Taljani fetħu l-iskor permezz ta’ Caltabiano fil-ħames minuta, qabel Edinho ġab id-draw għal Ħamrun fil-bidu tat-tieni perjodu. Madankollu, Caltabiano reġa’ poġġa lil Naxos fil-vantaġġ filwaqt li Winters reġa’ ġab id-draw għall-Ħamruniżi. Finalment Villani skorja l-gowl tar-rebħa għal Naxos BS. Issa huma jilagħbu logħba għall-klassifikazzjoni bejn il-ħames u s-sitt post kontra l-Franċiżi ta’ Mouilleron SF fis-6pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport