Birkirkara FC akkwistaw is-servizzi tal-attakkant Brażiljan ta’ 27 sena, Amarildo Aparecido de Souza Junior, b’self mingħand it-tim Brażiljan Tombense.
Amarildo beda l-karriera tiegħu ma’ America FC u lagħab ma’ Tanabi EC u São Paulo FC qabel ma ngħaqad ma’ Red Bull Brasil. Huwa qatta’ perjodu b’self ma’ New York Red Bulls fl-Istati Uniti mat-tieni tim tagħhom u meta rritorna l-Brażil, lagħab ma’ Maringa, Caldense u Tombense minn fejn ġie misluf lil Famalicao fil-Portugall u lil Nautico, Pouso Alegre, Resende u Ypiranga fil-Brażil qabel ma qatta’ perjodi fil-Vjetnam ma’ Viettel FC u PVF-CAND FC.
L-Istripes, li kkonfermaw lil Paul Zammit bħala kowċ, qabel kienu ħabbru l-akkwisti ta’ Rashed Al-Tumi, Zach Muscat, Alenadro Garzia, Jake Vassallo, JP Iseppe, Kadu, Yago u Jefferson Vinicius u kkonfermaw li Shaun Dimech, Leandro Lacunza, Alessandro Coppola, Manuel Morello, Fran Lopez, Luis Coramps Donova, Rooffrey A. Makoma, Sebastian Viveros, Jacques Bayo u Jere Vrcic ħallew il-klabb jew ġew rilaxxati.
Shelom Magri u Nathan Cross ġew mislufa lil klabbs oħra.




