Wednesday, March 27, 2024

Birkirkara jingħaqdu ma’ Hamrun Spartans fl-ewwel pożizzjoni

Aqra wkoll

Birkirkara…. 3

Valletta……. 0

Birkirkara reġgħu laħqu lil Hamrun Spartans fl-ewwel post tal-klassifika tal-BOV Kampjonat Premier meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 3-0.

Kienu Valletta li ħarġu l-aħjar iżda Birkirkara b’mod gradwali bdew jissetiljaw biex il-partita saret waħda bilanċjata.

Madankollu kienu l-Istripes li żblukkaw ir-riżultat  meta mill-free-kick ta’ Kevin Tulimieri, id-difensur Enmy Pena Beltre fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess għal auto-goal sfortunat.

Fit-taqsima, il-Beltin ħar­ġu jfittxu l-goal tad-draw iżda kienu l-Karkariżi li rduppjaw meta Osvaldo Iorio xeħet cross għan-nofs li sab lil Enzo Cabrera li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fit-82 minuta, Birkirkara spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Iorio wara li ntwera t-tieni karta safra.

Iżda minkejja b’din l-inferjoritá numerika, fis-86 minuta huma ssiġillaw ir-  rebħa b’kanunata ta’ Fede­rico Falcone.

Birkirkara: 1-Giacomo Na­va, 2-Osvaldo Iorio, 5-Enrico Pepe, 6-Diego Pires Dell’Oca, 7-Alex Da Paixao Alves (15-Matteo Gambin 88), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (77-Denis Custodio Ribeiro 81), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (21-Ryan Scicluna 76), 92-Kevin Tulimieri (20-Federico Falcone 76) – Coach: Giovanni Tedesco

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 3-Enzo Ruiz, 4-Jean Borg, 9-Andrea Zammit, 10-Shaun Dimech (28-Jean Marie Ulrich Nnomo Ngong 57), 18-Enmy Manuel Pena Beltre (8-Triston Caruana 46), 21-Steed Bradley Kamdem Fewo (5-Ryan Camilleri 74), 22-Brandon Paiber, 66-Eslit Sala, 88-Flavio Silva Cheveresan (11-Oke Akpoveta 57), 93-Ki­lian Be­vis – Coach: Thane Micallef

Referee: Philip Farrugia

Assistenti: Alan Camilleri, Paul Apap

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: E. Manuel Pena Beltre og 29, E. D. Cabrera 73, F. Falcone 86 (B)

Tkeċċa: O. Iorio 82 (B)

Ammoniti: O. Iorio (2), E. Pepe, Y. Yankam, K. Zammit (B), S. Bradley Kamdem Fewo, J. M. Ulrich Nhomo Ngong (V)

Player tal-Logħba: Kilian Be­vis (V)

Gzira United………… 4

Pietá Hotspurs…….. 0

Gzira United iddominaw il-konfront kontra Pietá Hotspurs u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0 biex dawn tal-aħħar baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika meta għadhom qed ifittxu l-ew­wel punt.

Il-Maroons ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss żewġ minuti huma fetħu l-iskor minn Jefferson De Assis.

Peró, minkejja li ddominaw din ir-rebħa mmaturat fit-tieni taqsima.

Fit-52 minuta, kien Maxuell Maia li rdoppja meta kkonkluda mill-pass ta’ Riccardo Duarte. Fit-63 minuta, huma skorjaw it-tielet goal minn free-kick ta’ Steve Pisani filwaqt li fis-70 minua kien Maxuell Maia li rreġistra doppjetta permezz ta’ xutt qawwi.

Gzira U.: 1-David Cassar (24-Krassimir Zammit 85), 3-Gabriel Bohrer Mentz, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 16-Luis Carlos Riascos, 22-Toni Kolega, 23-Ricardo Correa Duarte (4-Andrew Borg 67), 44-Mario Cosic, 91-Ma­xuell Maia, 94-Jefferson De Assis (17-Clive Gauci 67) Coach: Darren Abdilla

Pietá H.: 12-Dele Sunday Alampasu, 2-Samuel Okoh, 4-Sheldon Mizzi, 7-Jake Ghio (17-Kurt Briffa 83), 9-Abedel Latif Amadu, 11-Alan David Schembri Wismayer, 22-Zean Leonardi, 24-Ganiu Atande Ogungbe, 77-Sekou Amadou Camara (47-Gabriel Xuereb 83), 90-Ange Aboa Belibi (10-Paul Lapira 75), 99-Takuma Yamaguchi (30-Luca Gatt 83) Coach: Rodney Bugeja

Referee: Daniel Portelli

Assitenti: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uff.: Fyodor Zammit

Skorers: J. De Assis 2, M. Maia 52, S. Pisani 63, M. Maia 70 (G)

Ammoniti: G. Bohrer Mentz, N. Muscat, Z. Scerri, A. Borg (G), A. D. Schembri Wismayer, S. A. Camara (P)

Player tal-Logħba: Maxuell Maia (Gzira U.)

Balzan……………… 0

Hibernians……….. 2

Permezz ta’ żewġ goals fl-ewwel taqsima minn Jurgen Degabriele, Hibernians għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor ta’ 2-0.

Hibernians fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-13-il minuta meta Bjorn Kristensen b’daqqa ta’ ras lura għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Erba’ minuti biss wara rduppjaw permezz ta’ freekick mogħti minn Jurgen Degabriele li ma ta l-ebda ċans  lil Rudy Briffa jsalva.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fil-51 minuta, Alex Satariano, kellu xutt mill-viċin li għadda ftit barra. 

Hibernians wieġbu fit-68 minuta meta Jake Grech xeħet cross fil-baxx lejn Jurgen Degabriele li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jiġi mdawwar tajjeb f’corner minn Rudy Briffa.

Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 6-Marcus Grima (33- Matheus Nogureira Albuguerque de Sousa 63), 7-Bogdan Mla­denovic (86-Bojan Kaljevic 46), 8-Paul Fenech, 10-Angel Yesid Torres Quinones, 11-Benjamin Hili (5-Samir Arab 46), 18-Uros Ljubomirac (24-Nikola Braunovic 74), 19-Milos Zlatkovic, 21-Alex Satariano (44-Adam Brad­shaw 84), 27-Moncilo Raso Coach: Oliver Spiteri

Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (9-Jairo Morillas Rivero 74), 12-Dunstan Vella, 13-Zachary Grech (7-Thaylor Aldama 82), 19-Joseph Zerafa (22-Gabriel Izquier Artiles 61), 23-Owolabi Muritala Yunusa (20-Andrei Agius 74), 42-Ali Dia­kite, 88-Rodolfo Soares Coach: Andrea Pisanu

Referee: Darryl Agius

Assistenti: Duncan Sultana, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace

Skorer: J. Degabriele 13, 17 (H)

Ammoniti: A. Diakite, J. Zerafa, F. Apap (H), A. Y. Torres Quinones, P. Fenech, S. Arab (B)

Player tal-Logħba: Jurgen Degabriele (H)

Ekonomija

Sport