Wednesday, March 27, 2024

Real Madrid miżmuma … Karim Benzema jfalli penalty

Aqra wkoll

Real Madrid naqsu li jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat Spanjol meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Osasuna li għall-aħħar kwarta lagħbu biex player inqas.

Kollox deher li l-Madrileni kienu se jiksbu t-tliet punti meta Vinicius Jr fetaħ l-iskor tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima minn cross shot li baqa’ dieħel fix-xibka.

Iżda ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Osasuna kisbu d-draw minn xutt ta’ Kike Garcia.

Peró, fit-78 minuta Real kellhom ċans tad-deheb li jirbħu l-partita meta ngħataw penalty hekk kif David Garcia waqqa’ lil Karim Benzema fil-kaxxa u ntwera l-karta l-ħamra.

Iżda mill-11-il metru l-istess Benzema ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda ….

Ekonomija

Sport