Wednesday, April 24, 2024

Juventus jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Wara t-telfa xokkanti ta’ 1-0 kontra Monza, Juventus irritornaw għar-rebħ meta f’darhom għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 3-0.

Kif jindika r-riżultat, il-Bianconeri ddominaw dan il-konfront. Huma fetħu l-iskor fl-24 minuta meta Dusan Vlahovic għadda lejn Filip Kostic li ma ħafirx.

Imbagħad, fid-59 minuta, l-istess Vlahovic irdoppja meta kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Westim McKennie.

Tliet minuti wara, it-team immexxi mill-coach Massimiliano Allegri aċċerta mit-tliet punti meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun ġie kklerjat qasir biex Arkadiusz Milik venven kanunata li spiċċat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Sport