Tuesday, April 23, 2024

Ole Gunnar Solskjaer fost il-kandidati biex jinħatar il-coach il-ġdid ta’ Wolves

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer huwa fost il-kandidati ewlenin biex jieħu post Bruno Lage fit-tmexxija tat-team ta’ Wolverhampton Wanderers li proprju nhar il-Ħadd filgħaxija ħabbru li temmewlu l-kuntratt. 

Minbarra l-coach Norveġiż fil-lista hemm ukoll l-eks coach ta’ Sheffield Wednesday u ta’ Swansea City Carlos Carvalhal, kif ukoll dak attwali ta’ Celtic, Ange Postecoglou.

Pedro Martins, Julen Lopetegui u Ruben Amorim huma għażliet oħra li m’għandhomx esperjenza fil-futbol Brittaniku, iżda għad m’hemm l-ebda kunsens pubbliku dwar min hu favorit.

Madankollu, il-partitarji ta’ Wolves ma jridu lil ħadd minn dawn fejn qed jitolbu wkoll lill-amministrazzjoni biex jingaġġaw lil Thomas Tuchel minħabba li huwa biss minn dawn li huwa kapaċi li jaqlagħhom min-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Sport