Wednesday, October 9, 2024

Birkirkara jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Hibernians …….0

Birkirkara ………1

Fil-partita prinċipali tar-raba’ ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier, Birkirkara rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal tard fil-partita minn Andrei Ciolacu.

Kienet partita bilanċjata bir-riżultat  seta’  mar kull naħa hekk kif filwaqt li ppruvaw jannullaw lil xulxin, kellhom il-mumenti tagħhom. 

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fil-ħames minuta meta, Ali Diakite, kellu xutt fil-baxx mid-distanza salvat mill-goalkeeper, Ibrahim Kone.

Il-Pawlisti wieġbu fl-10 minuta b’xutt mid-distanza tal-captain Bjorn Kristensen li iżda sab lill-goalkeeper Marcel Zapytowski, attent.

Huma komplew fuq l-offensiva u fid-19-il minuta, Gian­nis Batsianos għadda taj­jeb  lejn Jurgen Degab­riele li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jiġi salvat minn Zapytowsky.

Birkirkara wieġbu fil-31 minuta meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Diakite ġiet salvata minn Kone.

Huma komplew jippressaw u fis-26 minuta, Alex Satariano għadda tajjeb lejn Paul Mbong li wiċċ imb’wiċċ ma’ Kone ra lill-goalkeeper isalva bi bravura biex evita goal ċert.

l-Istripes komplew juru l-aqwa logħob u tliet minuti wara, Satariano, kellu xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ħabat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.

Fil-45 minuta, Simon Zi­bo għadda tajjeb lejn Paul Mbong li b’ġest tekniku u bit-takkuna, għadda tajjeb lejn Sataraino li minn pożizzjoni ideali, tefa’ barra.

Fit-63 minuta is-sostitut Adailton Queiroz ra t-tenattiv tiegħu jiġi salvat minn Kone.

Ir-risposta ta’ Hibernians kien xutt ta’ Jurgen Degabrie­le mid-distanza li ntemm barra. Fit-73 minuta, cross-shot ta’ Robert Bairam stampa ma’ sieq il-wieqfa, bl-Istripes jeħilsuha ħafif.

Iżda, fit-80 minuta, Birkirkara skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa b’xutt angolat ta’ ANDREI CIOLACU.

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard (8-Robert Bairam 70), 9-Armen Hovhannisyan, 10-Jurgen Degabriele (23-Claudio Bonanni 70), 11-Bjorn Kristensen, 13-Zachary Grech (99-Luis Henrique Guedes 70), 16-Samuel Okoh (31-Eriks De Souza 83), 29-Giannis Bastianos, 77-Rodney Antwi – Coach: Branko Nisevic

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 3-Daniel Mariani, 4-Jovan Pajovic, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (99-Andrei Ciolacu 70), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (70-Omar Elouni 70), 30-Nathan Cross, 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite, 91-Maxuell Maia (7-Adailton Queiroz de Jesus 58)  – Coach: Giovanni Tedesco

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, James Muscat

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORER: A. Ciolacu 80 (B)

AMMONITI: B. Kristensen, F. Apap (H), P. Mbong (B)

Sport