Sunday, May 5, 2024

Bjorn Piscopo għadu f’qagħda kritika wara li lbieraħ sofra xokk elettriku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Bjorn Piscopo huwa l-ġuvni li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fi Triq il-Ġdida f’Raħal Ġdid.

Huwa jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, fejn għadu f’qagħda kritika. 

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-ġuvni ta’ 25 sena residenti Birżebbuġa kien sofra xokk waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Huma bosta dawk li ħallew messaġġi ta’ kuraġġ lil Bjorn u l-familja tiegħu filwaqt li awgurawlu fejqan ta’ malajr.

Sport