Tuesday, May 14, 2024

Il-familja Glazer lesta li ċċedi ċ-ċwievet ta’ Manchester United … għal £3.75 biljuni!

Aqra wkoll

Is-sidien ta’ Manchester United, il-familja Glazer, qed ikomplu jiffaċċjaw pressjoni mill-partitarji biex finalment ibiegħu l-klabb … u għaldaqstant qed jikkunsidraw li jagħmlu dan hekk kif persuna minn Dubai u Sir Jim Ratcliffe huma fost il-partijiet interessati.  

Il-familja Glazer dendlet prezz ta’ £3.75 biljuni jekk xi ħadd irid jidħol fir-responsabbiltá tal-club.

Diversi protesti tal-partitarji seħħew mill-bidu tal-istaġun il-ġdid, hekk kif il-partitarji ngħaqdu ma’ Gary Neville biex jitolbu lill-familja Amerikana biex iċċedi ċ-ċwievet ta’ Old Trafford.

Huma kienu akkwistaw il-club għal £709 miljuni fl-2005 iżda minn dak in-nhar il-club kien ikkalpestat minn djun kbar. 

L-aktar persuna sinjura fir-Renju Unit li kien ukoll partitarju tar-Red Devils mit-tfulija tiegħu, Sir Jim Ratcliffe, riċentement iddikjara interess li jixtri l-club u issa hemm ukoll persuna (li isimha għadu ma xxandarx) minn Dubai li qed tikkunsidra li tixtri l-club. 

Sport