Monday, May 6, 2024

Bjorn Vassallo ma jiġix elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA

Aqra wkoll

Fil-Kungress tal-UEFA f’Lisbona li sar aktar kmieni llum, il-president Bjorn Vassallo kien wieħed mill-kandidati li kkontestaw l-elezzjoni għal siġġu fil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA għal mandat ta’ erba’ snin.

Vassallo temm fit-tmien post f’konkors għal seba’ siġġijiet. Is-siġġu l-ieħor huwa riservat għal kandidat mara.

“Kull vjaġġ lejn elezzjoni huwa esperjenza ta’ tagħlim”, qal Vassallo wara l-kungress. Dan tani l-opportunità li niltaqa’ u niskambja ideat ma’ sħabi mill-Assoċjazzjonijiet kollha tal-UEFA. Nifraħ lill-kandidati sħabi li ġew eletti għall-mandat li ġej tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Niġi lura minn Lisbona determinat daqs qatt qabel biex inkompli bil-ħidma tagħna billi nimplimenta l-istrateġija tagħna u biex niżgura l-aħjar rappreżentanza possibbli għall-futbol Malti fil-fora internazzjonali kif dejjem għamilt.”

Il-Kungress illum reġa’ eleġġa lil Alexander Ceferin bħala President tal-UEFA għall-erba’ snin li ġejjin. Il-Malta FA ferħet lis-Sur Ceferin għall-elezzjoni mill-ġdid tiegħu u tistenna bil-ħerqa li tkompli tagħti l-kontribut tagħha fil-livelli kollha fil-futbol Ewropew.

Sport