Thursday, May 16, 2024

Iweġġgħu gravi x-xufier u passiġġier żagħżugħ involuti f’inċident tat-traffiku f’tal-Barrani

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel u żagħżugħ kellhom jiddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tas-12.45 p.m. kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Barrani, iż-Żejtun. Il-pulizija fi stqarrija qalu li ż-żewġ persuni ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li seħħet ħabta bejn tliet vetturi: vettura AUDI A4 misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Imtarfa, trakk tal-għamla Hino 300 Series misjuq minn xufier ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi, u trakk tal-għamla Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa.

Passiġġier fl-Audi kien hemm żagħżugħ ta’ 15-il sena li ttieħed l-Isptar Mater Dei flimkien max-xufier għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport