Friday, May 3, 2024

Blackball: Ħamrun 147 B fl-ewwel post

Aqra wkoll

Ħamrun 147 B telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-blackball wara li għelbu lil Każin Pinto Qormi A 11-4. Kienet logħba ferm pożittiva għall-Ħamruniżi li b’hekk irreġistraw il-ħames suċċess konsekuttiv u għadhom b’rekord perfett mill-bidu tal-istaġun.

Fit-tieni post isegwu hemm Cospicua Rangers u Ħamrun 147 A li ltaqgħu kontra xulxin matul din il-ġimgħa bl-iskor finali jkun dak ta’ 10-10. Aktar qabel 147 A kienu għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa A 11-5.

Fir-Regional League kellna l-iktar logħba mistennija bejn il-leaders Birkirkara Youngsters u Mosta St Mary’s A li kienu qed jokkupaw it-tieni post tal-klassifika. Il-Karkariżi kkonfermaw is-supremazija tagħhom meta rebħu 11-8 sabiex issa fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fil-klassifika.

Sadanittant, Birkirkara Duke’s A laħqu lill-Mostin fil-klassifika wara li għelbu lil 11-9 lil Ħamrun 147 C filwaqt li Selmun Bar A ixxalaw kontra Juve Birkirkara A tant li rebħu 11-0.

Mill-banda l-oħra, San Ġwann Nick’s A saħħew ir-raba’ post tal-klassifika wara li għelbu lil Każin Pinto Qormi B 11-4. Birkirkara Boċċi għelbu lil San Ġwann White Hart 11-5.

KLASSIFIKA – NATIONAL LEAGUE

Ħamrun 147 B 15, Cospicua Rangers, Ħamrun 147 A 13, Valletta Breakwater 9, Jojo’s Birżebbuġa A 3, Każin Pinto A 0

KLASSIFIKA – REGIONAL LEAGUE:

Birkirkara Youngsters 37, Birkirkara Duke’s A, Mosta St Mary’s A 32, San Ġwann Nick’s A 31, Selmun Bar A 22, Ħamrun 147 C 20, Birkirkara Boċċi 21, Każin Pinto Qormi B 16, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3.

Sport