Sunday, May 5, 2024

Blackball: Il-kompetizzjonijiet fl-aqwa tagħhom

Aqra wkoll

Bħalissa għaddejjin il-kompetizzjonijiet tal-Milied li huma organizzati mill-Malta Blackball Federation.

Fin-National Christmas Trophy, Cospicua Rangers kellhom rebħa kbira ta’ 21-8 kontra Ħamrun 147 B filwaqt li Ħamrun 147A pattew billi rebħu 14-6 kontra San Ġwann Boċċi.

Fir-Regional Christmas Trophy, kellna l-kwalifikazzjoni ta’ Ħamrun 147 C, Birkirkara Youngsters, San Ġwann Nick’s A u Juve Birkirkara A wara li għelbu lil Każin Pinto B, Selmun Bar A, Mosta St Mary’s A u San Ġwann White Hart rispettivament fl-aqwa minn żewġ legs.

Finalment fil-Community Christmas Trophy, erba’ timijiet oħra waslu sas-semifinali wara li Selmun Bar kienu aħjar minn Taċ-Ċaċċu Qormi, Valletta Fossa Boys rebħu lil Juve Birkirkara B, Jojo’s Birżebbuġa għelbu lil PN Balzan A u PN Mġarr batew mhux ftit sabiex jegħlbu l-isfida iebsa ta’ Di Santos Qormi.

Sport