Sunday, May 19, 2024

Blackball: Mosta St Mary’s A jibqgħu konsistenti fil-kampjonat Reġjonali

Aqra wkoll

Mosta St Mary’s A ikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom fil-kampjonat Reġjonali organizzat mill-Malta Blackball Association hekk kif irreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva wara skor ta’ 11-9 kontra San Ġwann Nick’s A.

Din ir-rebħa għenet lill-Mostin sabiex jibqgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika bi tliet punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom.

Birkirkara Youngsters, Każin Pinto Qormi B u Birkirkara Duke’s jinsabu fit-tieni post tal-klassifika wara li kisbu rebħiet kontra Birkirkara Boċċi (11-5), San Ġwann White Hart (11-9) u Selmun Bar A (11-8) rispettivament.

Mill-banda l-oħra, wasal l-ewwel suċċess staġjonali għal Ħamrun 147 C li għelbu lil Juve Birkirkara A 11-6 sabiex laħquhom fil-klassifika bi tliet punti.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI BLACKBALL

Mosta St Mary A 9, Birkirkara Youngsters, Każin Pinto Qormi B, Birkirkara Duke’s A 6, San Ġwann Nick’s A, Selmun Bar A 4, San Ġwann White Hart, Ħamrun 147 C, Juve Birkirkara A 3, Birkirkara Boċċi 0

Sport