Friday, May 3, 2024

“Kyiv m’għandhiex tort għall-missila fil-Polonja”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li m’għandu “l-ebda dubju” li l-Ukrajna ma kellhiex tort għall-attakk bil-missili nhar it-Tlieta li qatel żewġ persuni fil-Polonja. Is-Sur Zelensky qal li kien irċieva assigurazzjoni mill-ogħla kmandanti tiegħu “li ma kinitx il-missila tagħhom”.

Huwa appella wkoll biex uffiċjali Ukreni jitħallew jaċċessaw is-sit tal-isplużjoni u jkunu parti mill-investigazzjoni. Il-kummenti tiegħu waslu hekk kif il-Kap tan-Nato, Jens Stoltenberg, qal li l-missili tad-difiża tal-ajru ta’ Kyiv kienu “l-aktar probabbli” li kellhom tort. 

Il-President Amerikan Joe Biden tefa’ dubju wkoll dwar id-dikjarazzjoni ta’ Zelensky li l-missila ma kinitx ta’ oriġini Ukrena, u qal lill-ġurnalisti “dik ma kinitx evidenza.” 

L-isplużjoni bil-missili seħħet f’razzett fi Przewodow, 6 kilometri bogħod mill-fruntiera tal-Polonja mal-Ukrajna. Il-President Pollakk Andrzey Duda qal iżda li kien “probabbli ħafna” li l-missila ntbagħtet mill-‘anti-aircraft defence’ tal-Ukrajna. 

“Mill-informazzjoni li għandna aħna u l-alleati tagħna, kien rokit S-300 magħmul fl-Unjoni Sovjetika, rokit antik u m’hemm l-ebda evidenza li ntbagħat min-naħa tar-Russja,” huwa żied jgħid. 

Sport