Wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5.45pm sploda ċilindu tal-gass fi Triq l-Isptar San Ġiljan fil-Fontana Għawdex, il-kappillan tal-istess parroċċa, Dun Simon Cachia kiteb fuq il-midja soċjali li kien miraklu li ma weġġa’ ħadd.
Hu kiteb li “l-Parroċċa tinsab viċin il-familji li ġew maħsuda u milquta mill-inċident tal-lejla u, permezz tal-Kappillan, wiegħdet kull sapport. Il-Parroċċa trodd ħajr lill-Qalb ta’ Ġesù li reġa’ waqaf mal-komunità għax b’miraklu kbir ma weġġa’ ħadd.”
Fl-istess messaġġ kiteb li nhar l-Erbgħa li ġej :waqt il-pellegrinaġġ bir-Redentur fl-istess triq nagħmlu att ta’ ringrazzjament u ta’ tberik fil-post fejn seħħ l-inċident. Kulħadd mistieden jingħaqad magħna,” temm jikteb il-Kappillan tal-Fontana.