Tuesday, April 30, 2024

Boca Juniors jaċċettaw ir-riżenja tal-kowċ Jorge Almiron

Aqra wkoll

Boca Juniors aċċettaw ir-riżenja tal-kowċ Jorge Almiron flimkien mal-istaff tekniku tiegħu. Los Xeneizes, kif inhuma magħrufa, għadhom ġejjin minn telfa xejn sabiħa kontra Fluminense fil-Copa Libertadores sabiex naqqsu milli jirbħu din it-tazza għas-seba’ darba fl-istorja.

Wara li l-logħba spiċċat 1-1 sal-ħin regolamentari, kien il-gowl ta’ John Kennedy li għamel id-differenza kollha għat-tim Brażiljan li flimkien mal-partitarji dam jiċċelebra mhux ħażin sas-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Almiron għandu 52 sena u kien ilu biss ftit xhur ma’ Boca Juniors.

Sport