Tuesday, April 30, 2024

Referee Taljan imur il-ground għal xejn

Aqra wkoll

Referee Taljan li kellu jikkontrolla l-logħba mill-kampjonat taż-żgħażagħ Taljan bejn Chivasso Academy u Canavese spiċċa mar għal xejn fil-ground meta ż-żewġ settijiet ta’ timijiet ma tfaċċawx.

Wara li stenna madwar kwarta, ir-referee iddeċieda li jitlaq mill-grawnd filwaqt li javża lill-assoċjazzjoni Taljana dwar dak li ġara.

Kemm Chivasso kif ukoll Canavese tnaqqsulhom punt mill-klassifika tagħhom filwaqt li weħlu €25 tan-nuqqas ta’ rispett li wrew lejn dan l-impenn tal-kampjonat.

Sport