Tuesday, April 30, 2024

Richarlison ta’ Tottenham se jiġi operat

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Tottenham, Richarlison, se jkollu bżonn issirlu operazzjoni fuq injury fil-pelvis wara li ilu jsofri minnha għal tmien xhur. 

L-internazzjonali Brażiljan ta’ 26 sena beda sebgħa mill-ewwel 10 logħbiet tal-Premier League f’dan l-istaġun iżda kien sostitut mhux użat fit-telfa ta’ 4-1 kontra Chelsea, nhar it-Tnejn li għadda. 

Richarlison, li ffirma ma’ Tottenham mingħand Everton għal £60 miljun f’Lulju 2022, qal li “wasal iż-żmien għall-mistrieħ”.

“L-aħħar ftit xhur ma kinux faċli għalija. Jien kont qed inbati wkoll b’saħħti … u diġà tkellimt mat-tobba fejn dalwaqt se ssirli l-kirurġija.

F‘waħda mill-aktar logħbiet tal-Premier League li kien fiha emozzjonijiet, Spurs tilfu lid-difensur Micky van de Ven u lill-midfielder,James Maddison minħabba injury filwaqt li Cristian Romero u Destiny Udogie għandhom ukoll iservu sospensjoni wara t-tkeċċija tagħhom fl-imsemmija partita. 

Il-manager ,Ange Postecoglou, li t-team tiegħu jinsab fit-tieni post tal-Premier League, bħalissa jinsab ukoll mingħajr Ivan Perisic, Manor Solomon, Ryan Sessegnon u Ben Davies.

Sport