Wednesday, June 24, 2026

Boċċi: Għaxaq jibdew it-tieni round b’rebħa oħra

Aqra wkoll

Ilbieraħ beda t-tieni round tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-boċċi, bl-aktar tim li qed jispikka hu Għaxaq, li komplew il-mixja brillanti tagħhom u rreġistraw it-12-il rebħa konsekuttiva biex baqgħu fil-quċċata tal-klassifika. L-Għaxqin għelbu lil Lija 21-10.

Msida laħqu lil St. Peter’s Żabbar fit-tieni post tal-klassifika b’disa’ punti wara li rebħulhom 21–13 filwaqt li Santa Venera kisbu rebħa 21–18 kontra Bugibba. Żejtun għelbu lil Qormi San Bastjan 21–6 u komplew isaħħu posthom fit-tielet post tal-klassifika.

San Ġwann kellhom rebħa kbira ta’ 21–3 kontra Żebbuġ, filwaqt li Birkirkara rebħu 21–18 barra minn darhom kontra Żurrieq.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI TAL-BOĊĊI

Għaxaq 12, Msida, St Peter’s Żabbar 9, Żejtun 8, Żurrieq, Lija 6, Birkirkara, Santa Venera 5, San Ġwann 4, Buġibba, Qormi San Bastjan 3, Żebbuġ 2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport