Hekk ntlagħbet it-18-il ġurnata tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi, Għaxaq komplew jikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa kbira ta’ 21-3 fuq Żebbuġ, biex issa għandhom 17-il punt, erba’ logħbiet mit-tmiem.
Msida baqgħu fit-tieni post minkejja t-telfa ta’ 21-10 kontra Lija. Qormi San Bastjan għelbu lil St. Peter’s Żabbar 21-12, filwaqt li ż-Żurrieq rebħu 21-7 kontra San Ġwann u laħqu lil Żabbar bi 12-il punt. Birkirkara għelbu lil Santa Venera 21-6, filwaqt li Buġibba kisbu rebħa ta’ 21-10 fuq Żejtun sabiex komplew telgħin fil-klassifika.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI TAL-BOĊĊI
Għaxaq 17, Msida 13, Żurrieq, St Peter’s Żabbar 12, Żejtun 10, Lija 8, Birkirkara, San Ġwann 7, Buġibba, Santa Venera, Qormi San Bastjan 6, Żebbuġ 4.




