Wednesday, April 15, 2026

Boċċi: St Peter’s Żabbar u Għaxaq jikkonfermaw il-bidu pożittiv tagħhom

Aqra wkoll

St. Peters Żabbar u Għaxaq komplew jikkonfermaw il-forma tajba tagħhom wara li rebħu bi skor identiku ta’ 21-9 kontra l-avversarji rispettivi tagħhom fit-tieni ġurnata tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi tal-Ewwel Diviżjoni, li ntlagħbet ilbieraħ.

St Peter’s għelbu lil Lija filwaqt li Għaxaq, iċ-champions tas-sena li għaddiet, komplew juru s-saħħa tagħhom b’rebħa fuq Żurrieq.

Msida ħarġu rebbieħa b’mod dominanti meta għelbu lil Żebbuġ 21-5, filwaqt li Qormi San Bastjan kisbu rebħa ta’ 21-13 kontra Buġibba barra minn darhom.

Birkirkara komplew il-bidu pożittiv tagħhom b’rebħa ta’ 21-14 kontra Żejtun.

Waħda mill-aktar logħbiet missielta kienet dik bejn Santa Venera u San Ġwann, fejn Santa Venera ħarġu rebbieħa 21-18 wara aktar minn tliet sigħat ta’ logħob intensiv u bilanċjat.

B’mod ġenerali, il-ġurnata kienet waħda interessanti ħafna b’ħames timijiet jirbħu barra minn darhom – St. Peters Żabbar, Msida, Qormi S.B, Għaxaq u Birkirkara filwaqt li Santa Venera kienu l-uniku tim li rebaħ f’daru.

KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI

St Peter’s, Birkirkara, Għaxaq, St Venera 2, Msida, Qormi San Bastjan, Żebbuġ, Żejtun 1, San Ġwann, Lija, Buġibba, Żurrieq 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport