Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in- Netball?
L-imħabba tiegħi għan-netball bdiet minn meta kelli 11-il sena, meta ommi kienet plejer u kowċ hi stess fejn inkoraġġietni nibda dan l-isport. Kull nhar ta’ Ħadd kont ninżel naraha tilgħab u minn hemmhekek meta kelli l-etá tiegħi ddeċidejt li nibda dan l-isport. Kien diffiċli għall-bidu biex nibda minn tant etá żgħira imma maż-żmien sar passjoni tiegħi.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara r-rebħ tal-aħħar Kampjonat minn Backs Netball Club?
L-impenn u d-determinazzjoni, barra t-taħriġ tagħna ta’ kull ġimgħa li nittrenjaw u nippreparaw għalihom, il- plejers kollha kellhom jagħmlu sagrifiċċji oħra ta’ taħriġ separat. Bħala kowċ ukoll din is-sena kienet diffiċli biex nikkowċja lill-Backs kif ukoll inkun plejer. Kelli impenji oħra ta’ analiżi u nipprepara għas-sessjonijiet ta’ taħriġ. Waqt it-taħriġ ukoll kien diffiċli biex nittrenja u nikkowċja fl-istess ħin imma għamilt minn kollox biex inlaħħaq mat-tnejn.
Iddeskrivi l esperjenza tiegħek bħala assistant coach tat-tim nazzjonali Malti.
Ilni kowċ tat-tim nazzjonali għal dawn l-aħħar sentejn. Għamilt kors biex nibda l-karriera tiegħi fil-kowċing imma inħoss li daqskemm titkellem mill-esperjezna ma titgħallimx fil-korsijiet. Apparti minn hekk il-Head Coach tagħna Kat għenitni ħafna minn aspectt ta’ kif għandi nħares lejn l-affarijiet b’mod tattiku u tekniku. It- tahrig ta tim nazzjonal kien ukoll mmexxi tahti ax il kowc mijix prezenti aw malta, alura niprepara ruhi qabel at taħriġ ukoll, s’issa nħoss li bħala tim tal-kowċing, it-tim nazzjonali mexa ‘l quddiem kemm bħala tim u anke bħala plejers individwali
Kemm hu differenti r-rwol ta’ kowċ minn dak ta’ plejer?
Immens … plejer avolja għandek responsabbiltajiet oħra inħoss li bħala kowċ huwa ferm aktar għax barra li trid tipprepara għat-taħriġ, irid ukoll ikollok ħin tagħmel analiżi separata, tipprepara t-taħriġ ta’ x’hemm bżonn ittejjeb bħala tim u anke plejers individwali. Inħobb nagħmilhom it-tnejn li huma imma naħseb li huwa iktar ta’ sfida li sibt li trid tagħmilom it-tnejn f’daqqa fil-każ tiegħi mal-Backs.
X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek sa issa bħala plejer?
Kont dejjem parti mit-tim nazzjonali Malti, kelli opportunitá li nirrapreżenta lil pajjiżi kemmfl-Under 21 kif ukoll Open. Bħala tim lokali kont parti mit-tim Silverbacks, fejn irbaħna l-Kampjonat ta’ Malta għal disa’ snin. Is-sena l-ohra bdejna l-Backs u ġejna fit-tieni post, iżda din is-sena rbaħna l-Kampjonat u nħossu l-unur tiegħi li kont parti minnu kif ukoll kont il-kowċ tat-tim.
Kif tqis il-livell tan-Netball f’pajjiżna fil-preżent?
In-netball f’Malta mhuwiex daqshekk popolari u hemm limitu ta’ plejers li jidħlu għalih, iżda inħoss li l-Malta Netball Association (MNA) qed tagħmel milli tista’ biex ittejjeb dan l-isport kemm lokalmet kif ukoll b’mod internazjonali. It tim nazzjonali Malti din is-sena kellu opportunitá li jikkompeti darbejn u qed naħdmu għal tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena biex jirrapreżenta lil pajjiżna fil-Logħob tal-Commonwealth li ħa jsiru ġewwa pajjiżna. Il-livell tan-netball tjieb matul is-snin kemm internazzjonalment, kif ukoll lokalment.
U dak tar-riżorsi (courts) fejn titħarrgu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?
Bħalissa għandna l-Kirkorp Sports Complex fejn qed jittrenjaw il-maġġoranza tat-timijiet ta’ Malta kif ukoll il- kampjonat lokali. Din is-sena nfetaħ court ġdid il-Marsa Sports Complex, fejn hemm ftit timijiet li jużawh ukoll bħala l-post tat-taħriġ tagħhom.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fin-Netball?
Bħala plejer li nibqa’ nilgħab għat-tim lokali tagħna – il-Backs, u nibqa’ nagħmel dan sakemm inkun nista’. Bħala kowċ tat -im nazzjonali, li nkompli naħdem id f’id mal-kowċ nazzjonali għal dawn is-snin li ġejjin.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fin-Netball.
In-Netball hija logħba ferm sabiħa, avolja mhux daqshekk popolari. Inħeġġeġ lil tfajliet żgħar biex ma jaqtgħux qalbhom jibdew dan l-isport speċjalment jekk iħossu li jogħġobhom dan l-isport meta jilgħabuh l-iskola. Huwa sport li jġib miegħu għaqda, ferħ u passjoni!

