Monday, May 6, 2024

Bologna jfakkru lil Sinisa Mihajlovic

Aqra wkoll

Hekk kif jumejn ilu għalaq sena mejjet l-eks kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic, il-kowċ preżenti Thiago Motta fakkar il-memorja tiegħu wara l-logħba tal-bieraħ li ntlagħbet fi Stadio Dall’Ara kontra Roma. Bologna rebħu din il-logħba 2-0.

Kien hemm anke korijiet speċjali għal Mihajlovic li kien simbolu ta’ dan it-tim minħabba li ssielet kontra l-marda tal-leukemia filwaqt li baqa’ jmexxi lil Bologna.

Motta qal li hu ta’ unur li qed ikompli fuq ix-xogħol tant tajjeb li kien qed jagħmel Mihajlovic. Hu temm jgħid li Bologna m’huma se jinsewh qatt għal dak li għamel għal dan it-tim.

Sport