Saturday, December 21, 2024

Bosta maħsuda bit-telfa ta’ Jesmond Saliba

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat bosta kienu dawk il-persuni li esprimu s-sogħba tagħhom hekk kif ingħatat l-aħbar li Jesmond Saliba minn Birkirkara ħalla din id-dinja fl-età ta’ 50 sena.

Jesmond, li kien magħruf għall-karrella tal-mejtin miġbuda biż-żwiemel li kien irrestawra ftit tas-snin ilu, kien deskritt bħala bniedem b’qalb tad-deheb.

F’messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni, bintu, Catriona Saliba qalet: “Pa, għalfejn kellek tħallina daqshekk malajr? Kont tmexxini dejjem fit-triq t-tajba. Inħobbok għal dejjem.”

Il-ħabib u l-kollega tiegħu, Francesco Spiteri, sellem il-memorja tiegħu permezz ta’ poeżija li ppubblika fuq il-midja soċjali fejn fiha esprima x-xokk wara din l-aħbar li xejn ma kien qed jistenna. “Filli hawn tiċċajta miegħi, filli tlaqt u mort il-ġenna,” kiteb il-ħabib tiegħu.

Fil-poeżija li ddedikalu, fakkar kif it-tnejn li huma kienu qishom aħwa għaliex inzertaw bl-istess imħabba – dik taż-żwiemel.

Ekonomija

Sport