L-Ispettur tal-Pulizija Elisia Scicluna ggradwat mill-FBI National Academy f’Quantico, Virginia 

Aqra wkoll

L-Ispettur tal-Pulizia Elisia Scicluna kienet fost 265 uffiċjal tal-infurzar tal-liġi li temmew b’suċċess il-programm intensiv ta’ għaxar ġimgħat, fejn kisbet riżultati eċċellenti f’diversi oqsma, fosthom it-tmexxija, l-analiżi tal-kriminalità, in-negozjar f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-kundizzjoni fiżika 

Waqt li rriflettiet fuq din l-esperjenza, l-Ispettur Scicluna qalet: “Din l-esperjenza tatni apprezzament akbar dwar il-ħidma differenti tal-Pulizija,  filwaqt li rajt kif bħala l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, nistgħu nkomplu nitjiebu f’ħidmietna u niżviluppaw”. 

L-Ispettur Scicluna irrimarkat li fl-istess ħin, din l-esperenza għenitha tirrealizza kemm diġà bħala Korp qed jagħmlu affarijiet f’Malta li huma konformi mal-prattika internazzjonali. 

Saħqet li minkejja li aħna pajjiż u korp tal-pulizija relattivament żgħar, il-Pulizija ta’ Malta jużaw ħafna mill-istess għodod u metodoloġiji li jużaw l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi madwar id-dinja 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport