Sunday, October 18, 2026
Home Sport Boxing: Referee tarmi x-xugaman barra mir-ring biex tkompli l-ġlieda u tqajjem kontroversja

Boxing: Referee tarmi x-xugaman barra mir-ring biex tkompli l-ġlieda u tqajjem kontroversja

0
89

Mument kontroversjali seħħ fil-programm preliminari tal-ġlieda bejn Daniel Dubois u Fabio Wardley, meta r-referee Amy Pu rmiet ix-xugaman barra mir-ring darbtejn u ordnat li l-konfront bejn Adam Olaniyan u Dan Garber ikompli. 

Garber, ta’ 41 sena, kien waqa’ darbtejn fit-tieni round, iżda r-referee ma waqqfitx il-ġlieda immedjatament. Wara li Olaniyan reġa’ niżżlu mal-art, il-ġlieda twaqqfet.

Garber kellu bżonn l-ossiġnu wara l-konfront, u d-deċiżjoni tar-referee qanqlet kritika dwar is-sikurezza fil-boxing.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here