Sunday, October 18, 2026
Home Sport Malta Premier League: Gzira United jiksbu draw drammatiku kontra Hamrun Spartans

Malta Premier League: Gzira United jiksbu draw drammatiku kontra Hamrun Spartans

0
49
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

GZIRA UNITED …………………..2

HAMRUN SPARTANS ……..2

F’partita entużjażmanti, Gzira United u Hamrun Spartans temmew fi draw ġust ta’ 2-2, bil-Maroons li kellhom wirja ferm pożittiva iġbu l-iskor indaqs proprju lejn l-aħħar mumenti tal-partita.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Jake Grech ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Gzira, Edoardo Colombo.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-17-il minuta fetħu l-iskor meta MARCELLO TROTTA venven xutt mid-distanza li ġie devjat għal gewwa minn difensur ta’ Gzira.

Il-Maroons wieġbu fit-33 minuta meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Francisco Saldanha, Mohamed Fofana kellu d-daqqa ta’ ras mill-vi­ċin tintemm ftit barra.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u ta’ dan ġew ippremjati meta fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud tal-ewwel taqsima, FRANCISCO SALDANHA venven xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa minn tarf il-kaxxa li għeleb lill-goalkeeper, Gabriele Marchegiani.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun u l-54 minuta Jake Grech kellu xutt bid-dawra minn ġol-kaxxa li ġie salvat b’mod akrobatiku mill-goalkeeper Gżirjan.

Żewġ minuti wara, huma reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun intemm għand MARCELLO TROTTA, u permezz ta’ xutt fil-baxx irreġistra d-doppjetta perso­nal.

Meta kollox deher li l-Ispartans kienu se jieħdu t-   tliet punti, fit-88 minuta, Gzira kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ ALBION PILANA li kkonluda minn cross fuq il-lemin.

Gzira U.: Edoardo Colombo, Albion Pilana, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela (Justin Pena Serna 79), Andrew Borg, Brooklyn Borg (Dejan Farrugia 92), Joao Victor De Souza Teixeira, Mario Filipe Bartolomeu, David Xuereb (Luisinho 71), Francisco Saldanha, Mohamed Fofana – Coach: Darren Abdilla

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Sven Xerri, Jake Grech, Damir Ceter (Lucas Villela Lapert 46), Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Marcello Trotta, Gonzalo Nicolas Virano (Matthew Guillaumier 82), Ante Coric (Shaisen Attard 74), Emerson Marcelina (Marcelo Aguilar 52), Ryan Camenzuli   – Coach:Marco Amelia

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: James Muscat, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: M. Trotta 17, 56 (H), F. Saldanha 46, A. Pilana 88 (GU)

Ammoniti: J. Grech, R. Camenzuli, M. Aguilar (HS), B. Borg (GU)

Player tal-Logħba: Marcello Trotta (HS)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here