Wednesday, April 24, 2024

Boxing: Saul ‘Canelo’ Alvarez iżomm it-titlu tas-super-middleweight

Aqra wkoll

Saul ‘Canelo’ Alvarez iddomina lill-avversarju Gennady Golovkin fuq 12-il round biex żamm it-titlu dinji tiegħu tas-super-middleweight tal-boxing. 

Dan kien it-tielet konfront f’Las Vegas bejn dawn iż-żewġ ġganti tal-boxing  b’Alvarez jikseb it-tieni rebħa wara draw kontroversjali fl-ewwel konfront.

Wara li ħeles mill-ġlieda kontra Golovkin fir-rounds ta’ wara, biex qbil unanimu t-tliet judges taw ir-rebħa lil Alvares bil-punti jkunu 116-112, 115-113, 115-113.

“Irrid nirringrazzja lil Golovkin għax ippreżentajna tliet ġlidiet mill-aqwa lill-partitarji kollha,” sostna l-Messikan. 

Iż-żewġ boxers għannqu lil xulxin wara l-ġlieda, minkejja li r-rivalità kbira tagħhom għal dawn it-tliet konfronti li rat lil Alvarez iżomm it-titli IBF, WBA (Super), WBO u WBC.

Golovkin qal: “Irrid nieħu b’idejn Canelo. Prosit lit-team kollu tiegħu. Huwa ġellied reali …”

Sport