Thursday, April 18, 2024

Jappellaw għall-kalma wara protesti kontra l-Gvern f’Ħaiti

Aqra wkoll

Mexxejja anzjani qegħdin jappellaw għall-kalma wara jiem ta’ protesti vjolenti kontra l-Gvern f’Ħaiti. 

Il-Ministru tal-Ġustizzja ta’ Ħaiti Berto Dorcé wiegħed li se jidentifika u jikkastiga lil dawk li wettqu attakki fuq il-proprjetà.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda António Guterres qal li jinsab “imħasseb ħafna” dwar dak li qed jiġri f’dan il-pajjiż.

Id-dimostranti qed jitolbu għar-riżenja tal-Prim Ministru Ariel Henry wara li t-tmiem tas-sussidji tal-Gvern fuq il-fjuwil wassal biex il-prezzijiet tal-petrol u d-dijżil jogħlew.

L-aħħar dimostrazzjonijiet seħħew hekk kif l-inflazzjoni żdiedet għall-ogħla livell f’għaxar snin, 40% tal-pajjiż qed jiddependi fuq l-għajnuna tal-ikel biex jgħix, u l-vjolenza mifruxa ta’ gruppi ħalliet mijiet mejta u eluf spostati. 

Kien hemm rapporti ta’ ġlied vjolenti, fosthom dimostranti li tefgħu ġebel u anke ġew sparati xi tiri. Fl-aħħar jiem, żewġ ġurnalisti ġew maqtula b’tiri ta’ arma tan-nar u l-iġsma tagħhom inħarqu f’Cité Soleil, fil-periferija tal-kapitali Port-au-Prince.

Ekonomija

Sport