Monday, May 13, 2024

Brian May jidaħħal l-isptar wara li sofra attakk f’qalbu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kitarrist tal-Queen Brian May li għandu 72 sena żvela li kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza wara li sofra attakk f’qalbu.

Huwa żvela dan permezz ta’ Video fuq Instagram fejn qal li kien ferm viċin il-mewt. Huwa ddaħħal l-isptar b’uġigħ kbir f’sidru li dam għal madwar 40 minuta. It-tobba bdew minnufih bit-testijiet u sabu li huwa kellu tliet arterji mblukkati.

Fl-aħħar sigħat huwa qal li inkredibbli kif l-operazzjoni kienet tant suċċess grazzi għall-kapaċità tal-professjonisti.

Huwa ħeġġeġ lil dawk li qabżu s-sittin biex jieħdu l-opportunità u jagħmlu angiogram għax minkejja li hu kien jemmen li kien b’saħħtu anke minħabba li kien jagħmel eżerċizzju fiżiku, it-testijiet wrew mod ieħor.

Huwa temm il-filmat tiegħu billi qal lis-segwaċi biex ma jippanikjawx u minflok joqogħdu jinħlew fuq messaġġi ta’ kuraġġ jawgurawlu li jinsab lest biex ikompli fejn ħalla qabel iddaħħal l-isptar.

Queen huma stmati li bigħu bejn 170 u 200 miljun records li tefugħhom fil-lista tal-artisti l-aktar ta’ suċċess fid-dinja.

Sport