Sunday, December 22, 2024

Brighton jirreġistraw profitt sostanzjali fl-2002-23

Aqra wkoll

Brighton ħabbru qligħ rekord ta’ £122.8 miljuni fis-sena finanzjarja 2022-23 – l-aktar staġun ta’ suċċess fl-istorja tal-club fil-Premier League.

Il-profitt wara t-taxxa żdied kull sena bi kważi £100 miljun minn £24.1 miljuni, bil-fatturat jiżdied b’17.2% għal rekord ta’ £204.5 miljuni.

Is-Seagulls spiċċaw fis-sitt post fil-Premier League fl-2022-23, waslu sas-semi-finali tal-FA Cup u ġabu wkoll ħlasijiet kbar ta’ trasferimenti għal diversi players ewlenin.

Iċ-ċifri jistgħu jgħinu aktar “progress sinifikanti” fil-ground, qalu Brighton li għamlu “ħlas lura sos­tanzjali” lil Tony Bloom għall-ew­wel darba.

Dan ifisser li l-club naqqas il-bilanċ fuq is-self bla imgħax ta’ Bloom, bl-ewwel ingħata fl-2007, għal £373.3 miljuni minn £406.5 miljuni.

Il-profitti rekord ta’ Brighton wasal fi żmien meta numru ta’ clubs oħra għamlu telf sinifikanti għall-istaġun tal-ogħla livell, 2022-23, in­klużi Aston Villa (£120 miljun), Chelsea (£90 miljun), Everton (£89 miljun), Leicester (£90 miljun), Newcastle United (£73 miljun), Nottingham Forest (£52 miljun) u Wolves (£67 miljun).

Everton u Nottm Forest diġà ġew kastigati punti talli kisru r-regoli tal-Profitt u s-Sostenibbiltà, filwaqt li Leicester qed jiffaċċjaw akkużi simili.

Porzjon mdaqqas tad-dħul ta’ Brighton fl-2022-23 kien ġenerat mill-prestazzjonijiet tagħhom fil-ground u l-abbiltà li jagħmlu profitt billi jbigħu players li waslu għal ħlasijiet ferm iżgħar.

Il-manager ta’ Brighton, Roberto de Zerbi, mexxa lill-club għall-ogħla tmiem tal-kampjonat fl-istorja tagħ­hom ta’ 122 sena, kif ukoll għas- semi-finali tal-FA Cup għat-tielet darba biss.

B’riżultat ta’ dan, id-dħul tal-club minn premju fi flus u dħul mix-xandir żdied minn £126.2 miljuni għal £155.2 miljuni.

Il-bejgħ ta’ erba’ players ewlenin – il-midfielder tal-Mali, Yves Bissouma, id-difensur xellugi ta’ Spanja, Marc Cucurella, l-attakkant tal- Belġju, Leandro Trossard, u l-midfielder tal-Arġentina, Alexis Mac Allister – wassal għal qligħ ta’ £121.4 miljuni fi trasferimenti.

Il-kumpens ta’ £23 miljun li rċieva għall-predeċessur ta’ De Zerbi, Graham Potter, li ngħaqad ma’ Chelsea ma’ bosta mill-persunell tiegħu, ikkontribwixxa wkoll għaċ-ċifri rekord.

Il-bejgħ tal-players kien hekk:

Ġunju 2022: Yves Bissouma lil Tottenham – £30 miljun

Awwissu 2022: Marc Cucurella lil Chelsea – £60 miljun

Jannar 2023: Leandro Trossard lil Arsenal – £21 miljun

Ġunju 2023: Alexis Mac Allister lil Liverpool – £35 miljun

Id-data tat-tmiem għall-kontijiet 2022-23 hija t-30 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra.

Dawn il-kontijiet ma jinkludux il-bejgħ tal-midfielder tal-Ekwador, Moises Caicedo, u l-goalkeeper ta’ Spanja, Robert Sanchez, li t-tnejn ingħaqdu ma’ Chelsea f’Awwissu tal-2023.

Caicedo nbiegħ għal £100 miljun, somma li tista’ titla’ għal rekord Brittaniku ta’ £115-il miljun filwaqt li Sanchez għamel l-istess mossa għal £25 miljun.

Ekonomija

Sport