Il-midfielder Portugiż, Bruno Fernandes, huwa wieħed minn fost dawk il-players f’Old Trafford, frustrati bil-manager Ole Gunnar Solksjaer u l-istaff tiegħu.
Huwa rrappurtat li huwa qed imexxi rewwixta ta’ players fil-club ta’ Manchester United kontra l-coach Norveġiż.
Dan qed isir wara żewġ riżultat negattivi f’darhom kontra Liverpool (0-5) u Manchester City (0-2) li fihom ġew umiljati.
B’hekk issa huma jinsabu wkoll disa’ punti taħt il-leaders tal-Premier League, Chelsea, wara 11-il partita tal-istaġun hekk kif huma se jiffaċċjaw lill-Blues fl-aħħar tax-xahar.
Għadu mhux ċar jekk Solskjaer hux se jibqa’ fir-responsabbiltá tat-team hekk kif huma se jilagħbu tliet partiti barra minn darhom …. kontra Watford (Premier League, Villarreal (UEFA Champions League) u Chelsea (Premier League) … wara l-waqfa internazzjonali