“F’kuntatt dirett mal-pulizija, ġejt infurmat li n-nar li ħakem ħanut fi Triq San Pawl ġie kkontrollat, u b’xorti tajba, ħadd ma weġġa’”. Dan kien il-messaġġ li wassal is-sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, hekk kif dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 a.m, qabad ħanut fil-Belt Valletta.
Fl-istess messaġġ, huwa qal li żamm kuntatt mal-entitajiet sabiex jiżguraw li ż-żona tkun kompletament sigura. Huwa rringrazzja lil kulħadd tal-kooperazzjoni.