Friday, September 25, 2026
Home Sport Gilbert Agius m’għadux kowċ ta’ Zabbar St Patrick

Gilbert Agius m’għadux kowċ ta’ Zabbar St Patrick

0
57

Zabbar St. Patrick F.C. u l-kowċ Gilbert Agius qablu bi ftehim reċiproku li jtemmu l-kollaborazzjoni ta’ bejniethom.

Il-kowċ Gilbert Agius ħa t-tmexxija tat-tim f’mument partikolarment diffiċli, meta l-klabb ma kien kiseb l-ebda punt mill-ewwel ħames logħbiet tal-fażi finali tal-istaġun li għadda.

Huwa wera kuraġġ kbir meta aċċetta din l-isfida u, flimkien mal-istaff u l-iskwadra tiegħu, għen biex tinbidel is-sitwazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar tiġi salvata l-pożizzjoni tal-klabb fil-Malta Premier League.

B’hekk, Zabbar kitbu kapitlu ieħor importanti fl-istorja tagħhom., u żgurajw li l-klabb jikkompeti fil-Malta Premier League għat-tielet staġun konsekuttiv.

Matul iż-żmien li mexxa lit-tim, Gilbert wera professjonaliżmu, dedikazzjoni u impenn kbir lejn il-klabb, u ta’ dan fi stqarrija Zabbar irringrazzjawh sinċerament għax-xogħol u l-kontribut tiegħu.

Zabbar St. Patrick F.C. awguraw lil Gilbert kull suċċess fil-kapitlu li jmiss tal-karriera tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here