Raġel ta’ 38 sena, ilbieraħ filgħaxija weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Missjunarji Maltin,
Mosta.
Kienu għall-ħabta tas-6:30 pp.m., meta ntalbet l-assistenza, fejn millewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Yamaha misjuq mir-raġel u Toyota Hiace misjuqa min mara ta’ 51 sena residenti r-Rabat.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
