Saturday, November 23, 2024

Ċans li l-ewwel Amerikani jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-11 ta’ Diċembru

Aqra wkoll

Il-Kap tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19 fl-Istati Uniti, Moncef Slaoui, qal li l-ewwel Amerikani jistgħu jirċievu t-tilqima kontra l-virus sal-11 ta’ Diċembru. Dan kien irrapportat mill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN aktar kmieni llum.

Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer issottomettiet applikazzjoni lill-Amministrazzjoni Amerikana għall-Ikel u l-Mediċinali (FDA) għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ emerġenza tal-vaċċin żviluppat minnha kontra l-Covid-19. Huwa mifhum li l-kumitat ta’ esperti dwar il-vaċċin fi ħdan l-FDA se jkun qed jiltaqa’ nhar l-10 ta’ Diċembru li ġej.

Slaoui qal li dan ifisser li f’każ li jkun approvat in-nies tista’ tibda titlaqqam l-għada.

“Il-pjan tagħha huwa li jibdew jitqassmu l-vaċċini lejn siti tat-tilqim fi żmien 24 siegħa mindu tingħata l-approvazzjoni. Għaldaqstant jien nistenna li dan ikun ifisser il-11 jew it-12 ta’ Diċembru,” huwa żied jgħid.

Sport