Carlo Ancelotti kien ferħan se jtir meta ra lit-tim tiegħu Real Madrid jirbħu l-kampjonat Spanjol wara l-aħħar riżultat pożittiv ta’ 3-0 li kellhom kontra Cadiz.
Għal Ancelotti dan kien it-28 trofew li rebaħ fil-karriera tiegħu ta’ 26 sena kemm ilu jikkowċja. Bla dubju li hu wieħed minn dawk il-kowċis l-aktar rebbieħa fl-istorja. Hu jinsab fis-sitt post tal-iktar kowċis li rebaħ fl-istorja.
L-istatistika ta’ kull żmien qiegħda favur Sir Alex Ferguson li b’kollox rebaħ 50 trofew meta kkowċja lil St Mirren, Aberdeen u Manchester United segwit minn Mricea Lucescu u Jock Stein bi 38 u Valeri Lobanowski u Pep Guardiola b’36 trofej mirbuħa.