Wednesday, July 24, 2024

Carlo Ancelotti jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-coach  ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, ffirma ftehim ġdid mal-club sa Ġunju 2026.

It-Taljan, ta’ 64 sena, inħatar fil-Bernabeu għat-tieni darba fl-2021 fuq ftehim inizjali ta’ tliet snin.

Huwa kien qed jissemma li seta’ jiġi maħtur biex imexxi lit-team nazzjonali tal-Brażil. 

Ancelotti rebaħ 10 titli fir-responsabbiltá ta’ Real, inklużi żewġ Champions Leagues – l-aktar reċenti fl-ewwel staġun tiegħu, fl-2021-22.

Huwa rebaħ ukoll La Liga, żewġ Tazzi Spanjola, żewġ Tazzi tad-Dinja tal-Clubs, żewġ Super Cups Ewropej u s-Super Cup Spanjola darba.

Qabel, Ancelotti mexxa lil Real bejn l-2013 u l-2015, bit-tluq tiegħu jasal sena wara li kien rebaħ iċ-Champions League.

Huwa rritorna għat-tieni kariga fit-tmexxija, minflok Zinedine Zidane, wara li ħalla lill-club tal-Premier League, Everton, f’Ġunju 2021.

Il-manager ta’ Real huwa l-uniku coach li rebaħ erba’ Tazzi Ewropej, filwaqt li huwa wkoll l-ewwel wieħed li rebaħ il-ħames kampjonati ewlenin Ewropej, fl-Italja, fl-Ingilterra, i Franza, fil-Ġermanja u fi  Spanja.

Ekonomija

Sport