Wednesday, July 24, 2024

Leonardo Bonucci mhux se jmur ma’ Roma

Aqra wkoll

Hekk kif kollox kien jidher li d-difensur internazzjonali Taljan Leonardo Bonucci kellu jingħaqad ma’ AS Roma, dan it-trasferiment mhux se jseħħ meta s-sidien ta’ Roma Friedkin u sħabu m’approvawx din id-deċiżjoni li kienet se tittieħed.

Fil-fatt, l-istess Friedkin irid li l-klabb ifittex difensur żagħżugħ u ma jmurx fuq wieħed veteran.

Sadanittant, Bonucci xejn m’hu kuntent ma’ Union Berlin u qed ifittex biex jirritorna f’pajjiżu, ftit xhur biss wara li kellu t-trasferiment lejn il-Ġermanja mingħand Juventus.

Ekonomija

Sport