Thursday, May 16, 2024

Carmen Ciantar tissospendi lilha nnifisha minn Kap Eżekuttiv tal-FMS

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne fi stqarrija li ppubblika ftit tal-ħin ilu qal li Carmen Ciantar li kienet tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet qiegħda tissospendi lilha nnifisha minn din l-istess kariga.

Dr Fearne ppubblika l-ittra li rċieva mingħand Ciantar fejn qalet li kienet qiegħda tissospendi lilha nnifisha biex tkun tista’ tiddefendi aħjar lilha nnifsiha wara allegazzjonijiet li ħarġu fil-midja.

Qalet li kienet qed tagħmel fl-aħjar interess tal-Ministru u tal-Gvern u bl-ebda mod ma hi qed tassumi ħtija b’din is-sospensjoni.

Sport