Wednesday, June 3, 2026

KATEGORIJA

Internazzjonali

Tromba f’New Orleans tħalli persuna mejta u ħsarat strutturali kbar

Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha waqt tromba qawwija li laqtet lill-belt Amerikana ta’ New Orleans. Apparti hekk, f’dan il-fenomenu naturali għexieren ta’ djar...

Raġel Ingliż jiskopri li l-uġigħ f’rasu kien ikkawżat minn tumur

Richard Walker, raġel ta’ 51 sena minn Kidderminster fl-Ingilterra, miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal, ġurnata fost l-oħrajn ħass rasu tqila u għall-ewwel ħaseb...

Lomachenko jwaqqaf ġlieda storika biex jibqa’ jiddefendi lil pajjiżu mir-Russi

Il-boxer Vasiliy Lomachenko mhux se jkun qiegħed jiġġieled għat-titlu kontra l-lightweight champion George Kambosos Jr li kienet mistennija tiżvolġi aktar tard din is-sena. Lomachenko waqqa’...

Pollakk li kien jgħix fit-toroq, illum maniġer ta’ kċina

Will, illum il-ġurnata raġel ta’ 38 sena, 17-il sena ilu telaq mill-Polonja u rħielha għal Birmingham sabiex jittanta xortih għal ħajja aħjar. Hemmhekk huwa...

Jinstab il-katavru ta’ raġel li għeb 10 snin ilu f’Londra

Bħalissa l-membri tal-pulizija Ingliża qed jappellaw lill-pubbliku sabiex jekk hemm xi individwi li kienu jafu lil Roy Bigg u għandhom xi informazzjoni li biha...

Alexey Navalny misjub ħati ta’ frodi… il-prosekuzzjoni Russa titlob 13-il sena ħabs

Qorti f’Moska sabet lill-kritiku tal-Kremlin u l-mexxej tal-oppożizzjoni, Alexey Navalny, ħati ta’ frodi. Navalny jinsab f’baħar ta’ nkwiet minħabba allegazzjonijiet li seraq fondi mill-fondazzjoni...

Il-Pulizija Żvediża tinvestiga dwar il-qtil ta’ żewġ nisa fi skola f’Malmo

Il-Pulizija Żvediża qiegħda tinvestiga dwar każ ta’ attakk vjolenti fi skola sekondarja f’Malmo li fih tilfu ħajjithom żewġ nisa. Għalkemm għadu mhux magħruf il-motiv wara...

L-ebda indikazzjoni ta’ ħajja… x’aktarx li l-pilota ntilef minn sensih waqt l-inżul

Skont esperta tal-avjazzjoni, Sally Gethin, jista’ jagħti l-każ li l-pilota li kien qed isuq l-ajruplan Ċiniż tal-bieraħ, intilef minn sensih waqt li kien nieżel...

L-Istati Uniti tirrikkonoxxi li l-armata tal-Myanmar wettqet ġenoċidju kontra l-minorità Rohingya

L-amministrazzjoni ta’ Joe Biden formalment iddikjarat li l-vjolenza mwettqa fil-konfront tal-minorità Rohingya mill-militar tal-Myanmar kienet att ta’ ġenoċidju u delitt kontra l-umanità. Dan huwa...

In-NATO se tkun qiegħda tiftaħ bażi tal-ajru ġewwa l-Albanija

Bażi tal-ajru ta’ żmien l-era Sovjetika ġewwa l-Albanija se tkun qiegħda tiġi konvertita b’bażi ta’ operazzjoni tan-NATO. Dan ifisser li n-NATO issa se jkollha...

Joe Biden se jżur il-Polonja għal diskussjonijiet dwar il-kriżi Ukrena

Nhar il-Ġimgħa li ġejja l-President Amerikan Joe Biden mistenni li jivvjaġġa lejn il-Polonja fejn hemm se jkollu diskussjonijiet mal-President Andrzej Duda dwar il-gwerra fl-Ukrajna....

Titjib fil-kodiċi tal-ilbies f’200 skola pubblika f’Tokyo

Għal għexieren ta’ snin, li tkun studenta f’Tokyo ma kinitx faċli għaliex l-istudenti li jattendu l-iskejjel pubbliċi riedu jimxu mal-kodiċi tal-ilbies li tinkludi dawn...

Ir-Russja qiegħda tipprova ġġiegħel lil Mariupol iċċedi bil-ġuħ

Membru Parlamentari Ukrejn akkuża lir-Russja li qiegħda tipprova tisforza lir-residenti tal-belt Mariupol biex iċedu u qiegħda tagħmel dan billi ġġegħelhom ibatu l-ġuħ. Dmytro Gurin qal...

Minn tal-inqas 8 persuni mejta fl-attakk tar-Retroville shopping mall

Skont l-awtoritajiet ta’ Kyiv, huwa rrappurtat li fl-attakk tal-bieraħ filgħaxija li seħħ mir-Russi fuq ir-Retroville shopping mall — li jinsab fid-distrett ta’ Podilskyi —...

Jiġġarraf ajruplan fiċ-Ċina b’133 passiġġieri abbord

Il-midja Ċiniża għadha kemm ħabbret li l-ajruplan Boeing 737 — ajruplan tal-linji tal-ajru Ċiniża — li kien qed iġorr 133 passiġġier/a abbord, iġġarraf fil-provinċja...