Wednesday, April 24, 2024

It-Turkija tappoġġja s-sħubija tal-Finlandja u l-Iżvezja fin-NATO 

Aqra wkoll

It-Turkija qablet li tagħti l-appoġġ tagħha lill-Iż­vezja u lill-Finlandja biex isiru membri tal-alleanza tan-NA­TO.

Inizjalment it-Turkija kie­net opponiet li dawn il-paj­jiżi Nodriċi jissieħbu f’din l-alleganza minħabba li dawn kienu qablu li jospitaw il-militanti Kurdi, grupp li t-Turkija tqisu bħala wieħed terroristiku. L-Iżvezja u l-Finlandja ma setgħux jissieħbu fin-NATO mingħajr l-appoġġ tat-Turkija. 

Min-naħa tagħha, ir-Russja qiegħda topponi s-sħubija ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi hekk kif din tqis l-espansjoni tan-NATO bħala theddida lejn il-fruntiera tagħha. Ta’ min ifakkar li r-Russja kienet qalet li waħda mir-raġuni­jiet għaliex bdiet l-offensiva l-Ukrajna kienet proprju minħabba l-espansjoni tan-NATO lejn il-Lvant. Iżda ġara li l-invażjoni tar-Russja ġewwa l-Ukrajna kellha effett bil-maqlub hekk kif dan wassal biex il-Finlandja u l-Iżvezja jiddeċiedu li jkun aħjar jekk jissieħbu fin-NATO.

Wara ħidma diplomatika, l-Iżvezja, il-Finlandja u t-Turkija ffirmaw memorandum konġunt fejn fih jiddikjaraw li “jestendu l-appoġġ tagħhom kontra kull theddida” filwaqt li tneħħew ir-restrizzjonijiet li dawn iż-żewġ pajjiżi Nordiċi kellhom fuq il-bejgħ ta’ armi lejn it-Turkija.  

Il-Prim Ministru tal-Iżvezja Magdalena Andersson qalet li dan kien pass importanti ħafna għan-NATO, filwaqt li l-President Tork qal li pajjiżu “ħa dak li xtaq”.

Sport