Saturday, April 20, 2024

Hibernians jiffinalizzaw l-akkwist tad-difensur Daniż, Andreas Laursen

Aqra wkoll

Hibernians iffinalizzaw l-akkwist tad-difensur Daniż, Andreas Laursen, ħabbar il-club tal-Premier League fi stqarrija.

Id-difensur ċentrali ta’ 23 sena ffirma fuq kuntratt ta’ sena u issa huwa disponibbli biex ikun parti mill-iskwadra ta’ Stefano Sanderra qabel l-ewwel leg tal-UEFA Champions League tal-ġimgħa d-dieħla kontra Shamrock Rovers, tal-Irlanda.

“Hibernians FC għandhom pjaċir iħabbru li d-difensur Daniż Andreas Laursen iffirma għall-club,” qal il-club tal-Premier League fi stqarrija.

“Id-difensur ċentrali ta’ 23 sena beda l-karriera tiegħu ma’ Vejle BK fid-Danimarka u fl-2015, qabel ingħaqad mat-team tal-ogħla diviżjoni Daniża AC Horsens fejn lagħab ukoll mat-team taż-żgħażagħ tagħhom. Fl-istaġun li għadda, Andreas lagħab mal-club Daniż, Odder IGF.

“Nixtiequ nilqgħu lil Andreas fil-klabb u nawgurawlu l-aħjar xorti fl-istaġun li ġej.”

Sport