Sunday, December 22, 2024

Ċertifikat tal-Paga Ugwali għal Jobsplus

Aqra wkoll

Jobsplus ingħatat iċ-Ċertifikazzjoni tal-Paga Ugwali mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza.  Dan iċ-ċertifikat ingħata għal ewwel darba lil tliet kumpaniji fosthom Jobsplus. 

Iċ-ċertifikat miksub minn Jobsplus huwa validu għal tliet snin. Din iċ-ċertifikazzjoni tenfasizza l-impenn li tiġi indirizzata b’mod komprensiv id-differenza filpagi bejn is-sessi. Mhux biss tirrifletti dedikazzjoni għal rimunerazzjoni ġusta iżda wkoll tindika sforz usa’ tas-soċjetà lejn il-promozzjoni tal-indipendenza ekonomika. 

Isservi wkoll bħala pass tanġibbli lejn il-kisba tal-aġenda tal-gvern rigward l-ugwaljanza, speċjalment filkuntest ta’ inizjattivi bħad-direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar it-trasparenza fil-pagi.

Bl-użu tal-Equal Pay Tool, għodda żviluppata mill-NCPE, l-organizzazzjonijiet li jimpjegaw mill-inqas 50 persuna jistgħu jiċċekjaw il-paga ugwali għal xogħol tal-istess valur bejn in-nisa u l-irġiel, biex b’hekk irawmu ambjent li jwassal għal postijiet tax-xogħol aktar ġusti u inklużiviu prospetti ta’ rtirar aktar gust għal kulħadd.

L-ugwaljanza hija prijorità ewlenija fuq l-aġenda tal-gvern, bi sforzi ffukati fuq il-kisba talugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Is-Sur Leonid McKay, Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus qal li d-differenza fil-pagi bejn is-sessi testendi lil hinn mill-istatistika. 

Din taffettwa d-dħul matul il-ħajja, il-pensjoni u żżid ir-riskju talfaqar. Paga ugwali tagħti s-setgħa lill-individwi, billi tippromwovi l-indipendenza ekonomika kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fl-irtirar.

Ekonomija

Sport