Charles Leclerc fuq Ferrari se jibda mill-pole position għall-Grand Prix tal-Belġju minkejja li Max Verstappen għamel l-aħjar ħin fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni nhar il-Ġimgħa.
Iċ-champion tad-dinja Verstappen sofra penali ta’ ħames postijiet minħabba bidla fil-gearbox fuq ir-Red Bull tiegħu li niżżlitu fis-sitt post għat-tellieqa tal-Ħadd.
Is-sieħeb ta’ Verstappen Sergio Perez se jibda flimkien ma’ Leclerc fl-ewwel filliera għat-12-il tiġrija tal-istaġun tal-Formula Wieħed.
Verstappen, li jinsab fuq quddiem tal-kampjonat b’110 punt, rebaħ fi Spa-Francorchamps is-sena l-oħra meta beda fl-14-il post.